X’inhi mikromobilità?
Mikromobilità tirreferi għal mezzi ta’ vetturi ħfief magħmula għal vjaġġi qosra, tipikament f’żoni urbani.
Dawn il-mezzi jistgħu jkunu tal-elettriku jew imħaddma mill-bniedem, inklużi e-scooters, e-bikes u scooters manwali, li joperaw b’ veloċità ta’ inqas minn 25 km/h.
Dawn huma maħsuba għal passiġġier wieħed iżda jistgħu ukoll iwasslu merkanzija. Mikromobilità tinkludi vetturi kemm privati kif ukoll dawk tal-komun, li huma spiss integrati mas-sistemi tat-trasport pubbliku sabiex itejbu l-konnettività.
Mikromobilità tmur għal modalitajiet attivi bħal mixi, ċikliżmu u skateboards, roti tal-elettriku, kick scooters, wheelchairs, u scooters ta’ mobilità.

Meta nitkellmu dwar Mikromobilità għandna nikkunsidraw li hija:
- Imħaddma mill-bniedem jew bl-elettriku.
Mikromobilità tista’ tkun bl-elettriku jew imħaddma mill-bniedem. Mikromobilità tinkludi mixi, ċikliżmu (imħaddem mill-bniedem), roti tal-elettriku, roti tal-merkanzija, siġġu tar-roti, kick scooters u iktar. Vetturi żgħar bħal dawn huma kkunsidrati bħala Mikromobilità meta joperaw taħt veloċità ta’ 25 km/ h.- Għall-passiġġier u trasport tal-merkanzija.
Mikromobilità tista’ tkun għal passiġġier u għat-trasport tal-merkanzija. Filwaqt li ġeneralment naħsbu fil-Mikromobilità bħala trasport għal passiġġier wieħed, tista’ wkoll tinkludi roti tal-merkanzija u soluzzjonjijet oħra (elettriċi) tal-merkanzija, biex titrasporta merkanzija, jew biex tintuża mill-familja biex iġorru t-tfal tagħhom. - Jistgħu jkunu propjetà privata jew kondiviża bejn il-pubbliku.
Mikromobilità tista’ tkun privata jew tal-pubbliku/ vetturi tal-kiri. Ċertu modi ta’ Mikromobilità huma pjuttost stabbiliti, bħal mixi jew ċikliżmu, iżda l-kunċett tal-Mikromobilità qabad sew meta bdiet is-sistema pubblika tar-bike sharing fl-2010 u riċentament bil-ħolqien tal-kick scooters elettriċi fi bliet madwar id-dinja, li ppermettew l-użu għal terminu qasir, vjaġġ wieħed, użu maqsum ta’ modi differenti ta’ trasport. - Konnessjoni mat-trasport pubbliku.
Mikromobilità hija adattata għal vjaġġi urbani u qosra li tipprovdi konnessjonijiet mat-trasport (pubbliku). Mikromobilità hija ċ-ċavetta sabiex tipprovdi intermodalità ( li jintużaw modi differenti sabiex twettaq vjaġġ): sabiex jgħaqqad id-dar għall-eqreb karozza tal-linja jew stazzjon tal-ferrovija, moll tal-laneċ jew Park & Ride, jew kif tlesti vjaġġ għad-destinazzjoni finali: skola, xogħol, ħanut, etċ.
Il-karozzi elettriċi u l-muturini elettriċi mhumiex meqjusa bħala għażliet ta’ Mikromobilità. Il-Mikromobilità tenfasizza l-użu ta’ vetturi iżgħar u eħfef li jistgħu jimmanuvraw faċilment fiż-żoni iffullati u joffru mod ta’ trasport aktar sostenibbli għall-abitanti tal-ibliet. Il-Mikromobilità hija t-tweġiba għat-toroq imblukkati u t-tniġġis, billi toffri mezzi ta’ trasport kompatti u ekoloġiċi għal vjaġġi qosra.