X’inhi mikromobilità?
Mikromobilità tirreferi għal mezzi ta’ vetturi ħfief magħmula għal vjaġġi qosra, tipikament f’żoni urbani.
Dawn il-mezzi jistgħu jkunu tal-elettriku jew imħaddma mill-bniedem, inklużi e-scooters, e-bikes u scooters manwali, li joperaw b’ veloċità ta’ inqas minn 25 km/h.
Dawn huma maħsuba għal passiġġier wieħed iżda jistgħu ukoll iwasslu merkanzija. Mikromobilità tinkludi vetturi kemm privati kif ukoll dawk tal-komun, li huma spiss integrati mas-sistemi tat-trasport pubbliku sabiex itejbu l-konnettività.
Mikromobilità tmur għal modalitajiet attivi bħal mixi, ċikliżmu u skateboards, roti tal-elettriku, kick scooters, wheelchairs, u scooters ta’ mobilità.
Meta nitkellmu dwar Mikromobilità għandna nikkunsidraw li hija:
–
Imħaddma mill-bniedem jew bl-elettriku.
Mikromobilità tista’ tkun bl-elettriku jew imħaddma mill-bniedem.
Mikromobilità tinkludi mixi, ċikliżmu (imħaddem mill-bniedem), roti tal-elettriku, roti tal-merkanzija, siġġu tar-roti, kick scooters u iktar. Vetturi żgħar bħal dawn huma kkunsidrati bħala Mikromobilità meta joperaw taħt veloċità ta’ 25 km/ h.- Għall-passiġġier u trasport tal-merkanzija.
Mikromobilità tista’ tkun għal passiġġier u għat-trasport tal-merkanzija. Filwaqt li ġeneralment naħsbu fil-Mikromobilità bħala trasport għal passiġġier wieħed, tista’ wkoll tinkludi roti tal-merkanzija u soluzzjonjijet oħra (elettriċi) tal-merkanzija, biex titrasporta merkanzija, jew biex tintuża mill-familja biex iġorru t-tfal tagħhom.
–
Jistgħu jkunu propjetà privata jew kondiviża bejn il-pubbliku.
Mikromobilità tista’ tkun privata jew tal-pubbliku/ vetturi tal-kiri. Ċertu modi ta’ Mikromobilità huma pjuttost stabbiliti, bħal mixi jew ċikliżmu, iżda l-kunċett tal-Mikromobilità qabad sew meta bdiet is-sistema pubblika tar-bike sharing fl-2010 u riċentament bil-ħolqien tal-kick scooters elettriċi fi bliet madwar id-dinja, li ppermettew l-użu għal terminu qasir, vjaġġ wieħed, użu maqsum ta’ modi differenti ta’ trasport.
–
Konnessjoni mat-trasport pubbliku.
Mikromobilità hija adattata għal vjaġġi urbani u qosra li tipprovdi konnessjonijiet mat-trasport (pubbliku). Mikromobilità hija ċ-ċavetta sabiex tipprovdi intermodalità ( li jintużaw modi differenti sabiex twettaq vjaġġ): sabiex jgħaqqad id-dar għall-eqreb karozza tal-linja jew stazzjon tal-ferrovija, moll tal-laneċ jew Park & Ride, jew kif tlesti vjaġġ għad-destinazzjoni finali: skola, xogħol, ħanut, etċ.
Il-karozzi elettriċi u l-muturini elettriċi mhumiex meqjusa bħala għażliet ta’ Mikromobilità. Il-Mikromobilità tenfasizza l-użu ta’ vetturi iżgħar u eħfef li jistgħu jimmanuvraw faċilment fiż-żoni iffullati u joffru mod ta’ trasport aktar sostenibbli għall-abitanti tal-ibliet. Il-Mikromobilità hija t-tweġiba għat-toroq imblukkati u t-tniġġis, billi toffri mezzi ta’ trasport kompatti u ekoloġiċi għal vjaġġi qosra.
It gained popularity especially in the wake of global bike-sharing systems in the 2010s and more recently with the spread of electric kick scooters in cities around the world. Micromobility was acknowledged as the safest mode of transport and commuting during the COVID19 pandemic. Pop up bike lanes have transformed into permanent ones in some cities in Europe as part of the wave of transition to green recovery.
Test your Knowledge here!